|
|
|
Plant Health News
24th October 2007 Release No.1595 - ID-DIPARTIMENT GĦAS-SAĦĦA TAL-PJANTI JWISSI DWAR IR-Red Palm Weevil (Bumunqar AĦmar tal-Palm)
9th October 2007 Release No.1501 - The removal of certain Plant Protection Products from the Market: Revoked Active Substances
Avviz 1: Is-Citrus Tristeza Virus
Minħabba virus li jagħmel ħsara kbira fuq ic-citru, magħruf bħala ‘Citrus Tristeza Virus’ li nstab dan l-aħħar ġewwa Daħlet Qorrot u San Blas f’Għawdex, id-Dipartiment qiegħed javża sabiex matul ix-xahar ta’ Gunju is-siġar tac-ċitru jigu imbexxa kontra il-briegħed tas-siġar (afidi). Dawn jinkludu il-Melon aphid – Aphis gossypii; Spirea aphid – Aphis spiraecola, u il-Black citrus aphid (Toxoptera aurantii) li kollha jistgħu imexxu din it-tip ta’ mard. Dan il-virus jinfirex ħafna permezz tat-tilqim. Jekk wieħed irid ilaqqam xi siġar tac-ċitru importanti li tikkuntattjaw lid-Dipatiment għas-Saħħa tal-Pjanti fuq in-numru 23397100 sabiex is-siġar jiġu ttestjati.
Id-Dipartiment qiegħed jgħamel l-għalmu tiegħu sabiex jiġu ttestjati is-siġar taċ-ċitru f’dawn l-inħawi sabiex tiġi ikkontrollat il-firxa ta' dan il-virus qerriedi. Din il-marda teqred siġar taċ-ċitru imlaqqma fuq il-laring tal-bakkaljaw speċjalment il-laring u l-mandolin.
Avviz 2: Sensiela ta’ laqgħat u taħdidiet għall-bdiewa u l-bejjiegħa ta’ pjanti u Pestiċidi; ikomplu.
Nhar it-8 u il-15 ta’ Lulju, fil-Coastline Hotel mit-8.00 ta’ filgħodu sa l-4.00 ta’ wara nofs in-nhar ser isiru żewġ lagħqat li ser jitrattaw kif bil-passaporti tal-pjanti, kontroll fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni jitnaqqsu l-intrusjonijiet ta’ tip differenti ta’ insetti, bacteria, fungi u viruses. Dawn il-lagħqat huma ko-finanzjati bl-għajnuna ta Fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja Għall- Iżvilupp Rurali, l-Ewropa Tinvesti f’Zoni Rurali taht il-Pjan ta’ l-Iżvilupp Rurali għal Malta 2004-2006. Dawn il-laqghat huwa parti minn serje ta' attivitajiet li qieghdin jigu organizzati mid- Dipartiment ghas-Sahha tal-Pjanti sabiex issir kampanja ta’ informazzjoni ghall-bdiewa, id-dilettani, importaturi, nurserymen, koperattivi, kif ukoll għal studenti tal- Bijologia u Studji Agrarji. Kull min hu nteressat sabiex jattendi għal dawn il-laqgħat hu mitlub li jikuntattja lid-Dipartiment sa mhux aktar tard mit-3 ta’ Lulju 2008 minn fejn jista’ jikseb aktar informazzjoni. Wieħed jista’ jċempel fuq 23397206/7/8/9.
Avviz 3: Reġistrazzjoni ta’ Varjetajiet lokali
It-Taqsima taż-Żrieragħ u t-Tnissil tal-Pjanti fi ħdan id-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti tixtieq tavża lil dawk kollha li jipproduċu u jbiegħu ż-żrieragħ ta’ ħxejjex tal-ikel, qmuħ u mgħalef ta’ varjetajiet antiki Maltin għal skop ta’ żrigħ sabiex jirreġistraw mat-Taqsima. Dan qed isir sabiex jiġi rregolarizzat is-suq taż-żrieragħ lokali skond il-liġi Maltija ta’ żrieragħ u wkoll biex il-varjetajiet lokali jkunu mħarsa bħala varjetajiet ta’ konservazzjoni peress li dawn qed jintilfu. Varjetajiet li ma jkunux imniżżla fil-Katalgu Nazzjonali li jiġi miżmum mit-Taqsima ma jistax isir kummerċ tagħhom. Min mhux qed ibiegħ żerriegħa imma jżomm żerriegħa minn sena għal oħra hu mitlub ukoll ikellem lil din it-Taqsima peress li qed tinġabar informazzjoni dwar dawn il-varjetajiet. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista jikkuntattja lit-Taqsima fuq in-numri 25904153 jew 25904135. Kull informazzjoni li tinġabar hi kunfidenzjali.
|
|
For further information or comments please click here |